22.1.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 22/50
Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Novembru 2017 – TrekStor v EUIPO – Beats Electronics (i.Beat jess)
(Kawża T-749/17)
(2018/C 022/67)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: TrekStor Ltd (Hong Kong, Hong Kong) (rappreżentanti: O. Spieker, M. Alber, A. Schönfleisch, lawyers)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Beats Electronics LLC (Culver City, California, l-Istati Uniti)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark tal-Unjoni “i.Beat jess” Trade mark tal-Unjoni Nru 4 728 895
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal revoka
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-12 ta’ Settembru 2017 fil-Każ R 2234/2016-4
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata sa fejn din tilqa’ t-talba tal-applikant għal revoka u tirrevoka d-drittijiet tar-rikorrenti fir-rigward tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 4 728 895;
—
tiċħad it-talba tal-applikant għal revoka;
—
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż inklużi l-ispejjeż sostnuti neċessarjament mill-applikant quddiem l-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO).
Motivi invokati
—
Ksur tal-Artikolu 58(1)(a) tar-Regolament Nru 207/2009;
—
Ksur tal-Artikolu 18(1)(a) tar-Regolament Nru 207/2009.