22.1.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 22/53
Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Novembru 2017 – CMS Hasche Sigle vs EUIPO (WORLD LAW GROUP)
(Kawża T-756/17)
(2018/C 022/69)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: CMS Hasche Sigle Partnerschaft von Rechtsanwälten und Steuerberatern mbH (Berlin, il-Ġermanja) (rappreżentant: P.-C. Thielen, lawyer)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni “WORLD LAW GROUP” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 14 667 844
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO – 29 ta’ Awwissu 2017 fil-Każ R 329/2017-5
Talbiet
Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata dwar l-applikazzjoni għat-trade mark Nru 14 667 844 sa fejn l-applikazzjoni għat-trade mark hija miċħuda;
—
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.
Motivi invokati
—
Ksur tal-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament Nru 207/2009;
—
Ksur tal-Artikolu 7(2) tar-Regolament Nru 207/2009.