22.1.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 22/53
Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Novembru 2017 – Perfect Bar vs EUIPO(PERFECT BAR)
(Kawża T-758/17)
(2018/C 022/70)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Perfect Bar LLC (San Diego, California, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: F. Miazzetto, J. Gracia Albero, lawyers)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea li tinkludi l-element verbali “PERFECT BAR” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 15 374 085
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-5 ta’ Settembru 2017 fil-Każ R 2439/2016-4
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.
Motiv invokat
—
Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.