22.1.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 22/56
Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Novembru 2017 – Kiku vs CPVO – Sächsisches Landesamt für Umwelt, Landwirtschaft und Geologie (Pinova)
(Kawża T-765/17)
(2018/C 022/75)
Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Kiku GmbH (Girlan, l-Italja) (rappreżentanti: G. Würtenberger u R. Kunze, Rechtsanwalte)
Konvenut: L-Uffiċċju Komunitarju tal-Varjetajiet tal-Pjanti (CPVO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Sächsisches Landesamt für Umwelt, Landwirtschaft und Geologie (Dresden, il-Ġermanja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem iċ-CPVO
Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell.
Dritt ikkonċernat: ċertifikat ta’ varjetà ta’ pjanta li jkopri l-varjetà ta’ tuffiegħ “PINOVA” – Ċertifikat Nru 1298
Proċedimenti quddiem iċ-CPVO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Bord tal-Appell taċ-CPVO tas-16 ta’ Awwissu 2017 fil-Każ A005/2016.
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tikkundanna liċ-CPVO għall-ispejjeż.
Motiv invokat
—
Ksur tad-dispożizzjonijiet ikkunsidrati flimkien tal-Artikolu 20(1)(a), tal-Artikolu 10 u tal-Artikolu 16(1) tar-Regolament Nru 2100/94.