22.1.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 22/58
Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Novembru 2017 – Eglo Leuchten vs EUIPO – Briloner Leuchten (Dawl ta’ mal-ħajt)
(Kawża T-767/17)
(2018/C 022/77)
Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Eglo Leuchten GmbH (Pill, l-Awstrija) (rappreżentant: H. Lauf, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Briloner Leuchten GmbH (Brilon, il-Ġermanja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Proprjetarju tad-disinn kontenzjuż: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Disinn kontenzjuż ikkonċernat: id-disinn tal-Unjoni Ewropea Nru 2 435 768-0036
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-26 ta’ Settembru 2017 fil-Każ R 746/2016-3
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.
Motiv invokat
—
Ksur tal-Artikolu 6(1)(b) u tal-Artikolu 6(2) tar-Regolament Nru 6/2002.