22.1.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 22/58
Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Novembru 2017 – roelliroelli confectionery schweiz vs EUIPO – Tanner (ALPRAUSCH)
(Kawża T-769/17)
(2018/C 022/78)
Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: roelliroelli confectionery schweiz GmbH (St. Gallen, l-Isvizzera) (rappreżentanti: S. Overhage u R. Böhm, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: André Tanner (Schindellegi, l-Isvizzera)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: ir-reġistrazzjoni internazzjonali li tindika l-Unjoni Ewropea tat-trade mark verbali “ALPRAUSCH” Nru 1 218 671
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-1 ta’ Awwissu 2017 fil-Każ R 1596/2016-5
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.
Motiv invokat
—
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.