22.1.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 22/61
Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Novembru 2017 – Pan vs EUIPO – Entertainment One UK (TOBBIA)
(Kawża T-777/17)
(2018/C 022/82)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Xianhao Pan (Ruma, l-Italja) (rappreżentant: M. Oliva, lawyer)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Entertainment One UK Ltd (Londra, ir-Renju Unit)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrent
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark figurattiva tal-Unjoni “TOBBIA” li tinkludi l-element verbali “TOBBIA” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 11 775 509
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-14 ta’ Settembru 2017 fil-Każ R 1776/2016-1
Talbiet
Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla fl-intier tagħha d-deċiżjoni kkontestata.
Motivi invokati
—
Nuqqas ta’ motivazzjoni, ksur tal-metodu ta’ evalwazzjoni tar-relazzjoni bejn it-trade marks kif ukoll nuqqas ta’ evalwazzjoni fir-rigward tal-evalwazzjoni tal-probabbiltà ta’ konfużjoni tat-trade marks;
—
Ksur tal-Artikolu 8(b)(1) flimkien mal-Artikolu 53(2) tar-Regolament Nru 207/2009.