5.2.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 42/31
Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Novembru 2017 – United Wineries vs EUIPO – Compañía de Vinos Miguel Martín (VIÑA ALARDE)
(Kawża T-779/17)
(2018/C 042/45)
Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: United Wineries, SA (Cenicero, Spanja) (rappreżentant: J. Oria Sousa-Montes, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Compañía de Vinos Miguel Martín, SL (Cigales, Spanja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni “VIÑA ALARDE” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 13 390 521
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-25 ta’ Settembru 2017 fil-Każ R 281/2017-5
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tiddikjara dan ir-rikors ammissibbli flimkien mal-annessi tiegħu;
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.
Motiv invokat
—
Ksur tal-Artikolu 42(2) u tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.