12.2.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 52/34
Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Novembru 2017 – US vs BĊE
(Kawża T-780/17)
(2018/C 052/46)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: US (rappreżentanti: L. Levi u A. Blot, avukati)
Konvenut: Il-Bank Ċentrali Ewropew
Talbiet
Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tiddikjara dan ir-rikors ammissibbli u fondat;
konsegwentement:
—
tannulla r-rapport ta’ evalwazzjoni 2016 (li jkopri l-perijodu mill-1 ta’ Settembru 2015 sal-1 ta’ Settembru 2016) u d-deċiżjoni tal-15 ta’ Diċembru 2016 dwar l-Annual salary and bonus review (“ASBR”) għas-sena 2016, innotifikati lir-rikorrent rispettivament fit-30 ta’ Novembru 2016 u fid-9 ta’ Jannar 2017;
—
tannulla d-deċiżjoni tal-BĊE tat-3 ta’ Mejju 2017 li tiċħad it-talbiet għal eżami amministrattiv mill-ġdid tar-rikorrent tal-15 ta’ Frar 2017 u tad-9 ta’ Marzu 2017;
—
tannulla d-deċiżjoni tal-BĊE tat-12 ta’ Settembru 2017, innotifikata lir-rikorrent fid-19 ta’ Settembru 2017, li tiċħad l-ilment ta’ dan tal-aħħar magħmula fis-7 ta’ Lulju 2017;
—
tordna l-għoti ta’ kumpens għad-danni sostnuti;
—
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż kollha.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka erba’motivi f’dak li jikkonċerna t-talba għal annullament tar-rapport ta’ evalwazzjoni 2016.
1.
L-ewwel motiv, ibbażat fuq ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni, sa fejn ir-rapport ta’ evalwazzjoni tar-rikorrent huwa limitat għal kritika ġenerali, ripetittiva u ċirkulari.
2.
It-tieni motiv, ibbażat fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni li jivvizzja r-rapport inkwistjoni.
3.
It-tielet motiv, ibbażat fuq użu ħażin ta’ poter, fastidju sostnut mir-rikorrent kif ukoll il-ksur tal-obbligu ta’ premura u tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba.
4.
Ir-raba motiv, ibbażat fuq l-irregolarità proċedurali mwettqa mill-konvenut meta lesta r-rapport inkwistjoni.
Ir-rikorrent jinvoka barra minn hekk motiv ibbażat fuq l-illegalità tal-linji gwida tal-eżerċizzju ta’ reviżjoni annwali tas-salarji u tal-allowances kif ukoll fuq ksur tal-prinċipju ta’ ċertezza legali, f’dak li jikkonċerna d-deċiżjoni dwar l-eżerċizzju għall-2016.