5.2.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 42/33
Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Novembru 2017 – Wuxi Saijing Solar vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-782/17)
(2018/C 042/47)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Wuxi Saijing Solar Co. Ltd (Yixing, iċ-Ċina) (rappreżentant: Y. Melin, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
1.
tinvalida
—
l-Artikolu 3(2) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1238/2013 tat-2 ta’ Diċembru 2013 li jimponi dazju antidumping definittiv u li jiġbor definittivament id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ moduli fotovoltajċi tas-siliċju kristallin u komponenti ewlenin (jiġifieri ċelloli) li joriġinaw fi jew li huma kkonsinjati mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, u
—
l-Artikolu 2(2) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1239/2013 tat-2 ta’ Diċembru 2013 li jimponi dazju kumpensatorju definittiv fuq importazzjonijiet ta’ moduli fotovoltajċi tas-siliċju kristallin u komponenti ewlenin (jiġifieri ċelloli) li joriġinaw jew li huma kkunsinnati mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina;
2.
tannulla
—
l-Artikolu 2 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1524 tal-5 ta’ Settembru 2017 li jirtira l-aċċettazzjoni tal-impenn għal żewġ produtturi esportaturi skont id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2013/707/UE li tikkonferma l-aċċettazzjoni ta’ impenn offrut b’rabta mal-proċedimenti antidumping u antisussidji li jikkonċernaw l-importazzjonijiet ta’ moduli fotovoltajċi bis-siliċju kristallin u l-komponenti ewlenin (jiġifieri ċ-ċelloli) li joriġinaw jew jintbagħtu mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina għall-perjodu ta’ applikazzjoni ta’ miżuri definittivi, sa fejn japplika għar-rikorrenti; u
3.
tikkundanna lill-Kummissjoni, u lil kull intervenjent li jista’ jiġi awtorizzat jappoġġja lill-Kummissjoni matul il-proċeduri, għall-ispejjeż ta’ dawk il-proċeduri.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors, ir-rikorrenti tinvoka motiv wieħed.
Il-Kummissjoni kisret l-Artikolu 8(1), (9) u (10), u l-Artikolu 10(5) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (1), u l-Artikolu 13(1), (9) u (10), u l-Artikolu 16(5) tar-Regolament (UE) 2016/1037 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet sussidjati minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Unjoni Ewropea (2), meta hija invalidat fatturi tal-impenn u sussegwentement ordnat lid-dwana sabiex tiġbor id-dazji, daqs li kieku ebda fattura tal-impenn valida ma kienet inħarġet u ġiet ikkomunikata lid-dwana fil-mument li fih l-oġġetti ġew iddikjarati għar-rilaxx fiċ-ċirkulazzjoni libera.
Dan il-motiv huwa bbażat fuq l-illegalità tal-Artikolu 3(2) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1238/2013 tat-2 ta’ Diċembru 2013 li jimponi dazju antidumping definittiv u li jiġbor definittivament id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ moduli fotovoltajċi tas-siliċju kristallin u komponenti ewlenin (jiġifieri ċelloli) li joriġinaw fi jew li huma kkonsinjati mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (3), u l-Artikolu 2(2) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1239/2013 tat-2 ta’ Diċembru 2013 li jimponi dazju kumpensatorju definittiv fuq importazzjonijiet ta’ moduli fotovoltajċi tas-siliċju kristallin u komponenti ewlenin (jiġifieri ċelloli) li joriġinaw jew li huma kkunsinnati mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (4), li jagħtu lill-Kummissjoni s-setgħa li tiddikjara fatturi tal-impenn invalidi.
(1) ĠU 2013 L 176, p. 21.
(2) ĠU 2016 L 176, p. 55.
(3) ĠU 2013 L 325, p. 1.
(4) ĠU 2013 L 325, p. 66.