29.1.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 32/43
Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Diċembru 2017 – Strabag Belgium vs Il-Parlament
(Kawża T-784/17)
(2018/C 032/57)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Strabag Belgium (Anvers, il-Belġju) (rappreżentanti: M. Schoups, K. Lemmens u M. Lahbib, avukati)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew
Talbiet
Ir-rikorrenti jitlob lill-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tiddikjara din it-talba għal annullament ammissibbli u fondata;
konsegwentement,
—
tiddikjara l-annullament (i) tad-deċiżjoni bid-data mhux magħrufa tal-Parlament Ewropew li ma jaċċettax l-offerta ta’ Strabag Belgium fir-rigward tal-kuntratt li għandu bħala suġġett kuntratt qafas ta’ xogħolijiet ta’ impriża ġenerali għall-bini tal-Parlament Ewropew (Sejħa għal offerti Nru 06/D20/2017/M036) fi Brussell, deċiżjoni nnotifikata b’ittra tal-24 ta’ Novembru 2017 kif ukoll (ii) tad-deċiżjoni bid-data mhux magħrufa tal-Parlament Ewropew l-kuntratt li għandu bħala suġġett kuntratt qafas ta’ xogħolijiet ta’ impriża ġenerali għall-bini tal-Parlament Ewropew fi Brussell (Sejħa għal offerti Nru 06/D20/2017/M036) jingħata lil ħames offerenti differenti minn Strabag Belgium, kif ukoll
—
tilqa’ t-talba ta’ Strabag Belgium li jiġu ppreżentati d-dokumenti segwenti:
—
dokumenti mill-fajl tal-proċedura ta’ għoti ta’ kuntratt li fihom il-kuntatti li seħħew bejn il-Parlament u l-offerenti fir-rigward tal-kwistjoni tal-prezzijiet anormali seħħew konformement mal-Artikolu 160(3) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/2462 tat-30 ta’ Ottubru 2015 li jemenda r-Regolament Delegat (UE) Nru 1268/2012 dwar ir-regoli tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni;
—
id-deċiżjoni ta’ għoti tal-kuntratt lil ħames offerenti oħra u tan-nuqqas ta’ għażla tal-offerta ta’ Strabag Belgium bid-data mhux magħrufa;
—
ir-rapport ta’ evalwazzjoni tal-offerti;
—
tikkundanna lill-Parlament Ewropew għall-ispejjeż kollha tal-istanza inkluż il-kumpens għall-proċedura.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka motiv uniku, ibbażat fuq il-ksur:
(i)
tal-Artikolu 110(5) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (ĠU 2012, L 298, p. 1), kif emendat bir-Regolament (UE, Euratom) 2015/1929 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Ottubru 2015 (ĠU 2015, L 286, p. 1), li jipprovdi li l-Kummissjoni għandha l-kompetenza li tadotta atti delegati b’mod konformi mal-Artikolu 210 f’dak li jikkonċerna l-metodi relattivi għall-kriterji ta’ għoti, inkluża l-iktar offerta ekonomikament vantaġġuża;
(ii)
tal-Artikolu 151 emendat bir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/2462 tat-30 ta’ Ottubru 2015 li jemenda r-Regolament Delegat (UE) Nru 1268/2012 dwar ir-regoli tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni (ĠU 2015, L 342, p. 7), li jistabbilixxi r-regoli applikabbli fil-qasam tal-offerti anormalment baxxi, kif ukoll
(iii)
tal-Artikolu 102 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012, li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali ta’ trasparenza, ta’ proporzjonalità, ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ nondiskriminazzjoni fil-qasam ta’ kuntratti pubbliċi.