29.1.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 32/44
Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Novembru 2017 – Ilhan vs EUIPO – Time Gate (SPORTSWEAR COMPANY BIG SAM)
(Kawża T-785/17)
(2018/C 032/58)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Ercan Ilhan (Istanbul, it-Turkija) (rappreżentant: S. Can, lawyer)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Time Gate GmbH (Köln, il-Ġermanja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: ir-reġistrazzjoni internazzjonali li tindika l-Unjoni Ewropea tat-trade mark figurattiva li tinkludi l-elementi verbali “SPORTSWEAR COMPANY BIG SAM” – Reġistrazzjoni internazzjonali Nru 891 276 li tindika l-Unjoni Ewropea
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-13 ta’ Settembru 2017 fil-Każ R 974/2016-5
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Unjoni Ewropea dwar il-Proprjetà Intellettwali (EUIPO) tat-13 ta’ Settembru 2017 (R 974/2016-5) u għalhekk tippermetti r-reġistrazzjoni tat-trade mark Sportswear Company BIG SAM;
—
tordna lil Time Gate GmbH tbati l-ispejjeż tagħha;
—
tordna lill-EUIPO tbati l-ispejjeż tagħha;
Motivi invokati
—
Tolleranza skont l-Artikolu 54 tar-Regolament Nru 207/2009;
—
Evalwazzjoni żbaljata tal-probabbiltà ta’ konfużjoni tas-sinjali.