29.1.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 32/45
Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Novembru 2017 – Parfümerie Akzente vs EUIPO (GlamHair)
(Kawża T-787/17)
(2018/C 032/59)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Parfümerie Akzente GmbH (Pfedelbach, il-Ġermanja) (rappreżentanti: O. Spieker, A. Schönfleisch, M. Alber, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “GlamHair” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 15 211 956
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-25 ta’ Settembru 2017 fil-Każ R 82/2017-2
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.
Motiv invokat
—
Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament Nru 207/2009.