5.2.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 42/36
Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Novemrbu 2017 – TecAlliance vs EUIPO – Siemens (TecDocPower)
(Kawża T-789/17)
(2018/C 042/50)
Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: TecAlliance GmbH (Ismaning, il-Ġermanja) (rappreżentant: P. Engemann, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Siemens AG (München, il-Ġermanja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “TecDocPower” – Trade mark tal-Unjoni Nru 13 402 326
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-14 ta’ Settembru 2017 fil-Każ R 2433/2016-1
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.
Motiv invokat
—
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) u tal-Artikolu 47(2) tar-Regolament Nru 207/2009.