5.2.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 42/37
Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Diċembru 2017 – St. Andrews Links vs EUIPO (ST ANDREWS)
(Kawża T-791/17)
(2018/C 042/52)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: St. Andrews Links Ltd (St. Andrews, ir-Renju Unit) (rappreżentant: B. Hattier, lawyer)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: Trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali “ST ANDREWS” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 11 176 773
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-2 ta’ Ottubru 2017 fil-Każ R R 93/2017-4
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tiddikkjara dan ir-rikors ammissibbli;
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata sa fejn tiċħad ir-rikors għas-servizzi segwenti fil-klassi 41: “Organizzazzjoni u tmexxija ta’ konferenzi, kungressi, manifestazzjonijiet, kompetizzjonijiet u seminarji ta’ divertiment; Servizzi ta’ clubs [divertiment jew edukazzjoni]; Provvista ta’ sit internet li jinkludi informazzjoni dwar konferenzi, kungressi, manifestazzjonijiet, kompetizzjonijiet u seminarji; Organizzazzjoni ta’ avvenimenti festivi [divertiment]; Organizzazzjoni ta’ manifestazzjonijiet kulturali u ta’ espożizzjonijiet għal finijiet kulturali u edukattivi; Pubblikazzjoni ta’ kotba u ta’ kotba u rivisti elettroniċi online; Orjentazzjoni professjonali u servizzi ta’ tagħlim [pariri edukattivi jew pedagoġiċi]”;
—
tawtorizza r-reġistrazzjoni tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 11 176 773 għas-servizzi msemmija iktar 'il fuq u
—
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.
Motiv invokat
—
Il-Bord tal-Appell wettaq evalwazzjoni żbaljata tal-karattru distintiv tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 11 176 773 li saret applikazzjoni għalija f’dak li jikkonċerna ċerti servizzi fil-klassi 41.