12.2.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 52/35
Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Diċembru 2017 – Bruel vs Il-Kummissjoni u SEAE
(Kawża T-793/17)
(2018/C 052/47)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Damien Bruel (Pariġi, Franza) (rappreżentant: H. Hansen, avukat)
Konvenuti: Il-Kummissjoni Ewropea u s-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob lill-Qorti Ġenerali jogħġobha:
tiddikjara r-rikors odjern bħala ammissibbli u fondat;
konsegwentement:
—
tannulla d-deċiżjoni mhux datata u ffirmata elettronikament fil-25 ta’ Settembru 2017 intitolata “Talba ta’ sostituzzjoni tal-espert prinċipali Nru 2 fl-‘Amministrazzjoni finanzjarja u kunttrattwali tal-proġett’”;
—
tiddikjara li hemm lok għal riżarċiment sħiħ tad-danni materjali u morali kkważati lir-rikorrent bil-ksur serju tad-dritt għal amministrazzjoni tajba li jikkonsisti fl-adozzjoni tad-deċiżjoni mhux datata u ffirmata elettronikament fil-25 ta’ Settembru 2017 intitolata “Talba ta’ sostituzzjoni tal-espert prinċipali Nru 2 fl-‘Amministrazzjoni finanzjarja u kunttrattwali tal-proġett’”;
—
tikkundanna lill-konvenuti in solidum jew inkella kull wieħed minnhom għall-ammont sħiħ ta’ EUR 152 250,00 rappreżentanti danni materjali u ta’ EUR 25 000,00 rappreżentanti danni morali;
fi kwalunkwe każ:
—
tikkundanna lill-konvenuti għall-ispejjez kollha;
—
tirriżerva favur ir-rikorrent kull dritt, titolu, rimedju u azzjoni.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka motiv wieħed, ibbażat fuq ksur tar-rekwiżiti formali essenzjali. Dan il-motiv huwa maqsum fi tliet partijiet.
1.
L-ewwel motiv huwa bbażat fuq ksur tad-dritt għal smigħ, safejn ir-rikorrent ma kienx f’pożizzjoni li jippreżenta l-opinjoni tiegħu fuq l-allegazzjonijiet magħmula fil-konfront tiegħu qabel l-adozzjoni tad-deċiżjoni kkontesta.
2.
It-tieni motiv huwa bbażat fuq ksur tad-dritt ta’ aċċess għall-fajl, safejn ir-rikorrenti ma kellux aċċess għall-fajl li jikkonċernah minkejja t-talbiet magħmula f’dan is-sens.
3.
It-tielet motiv huwa bbażat fuq ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni, safejn il-motivazzjoni inkluża fid-deċiżjoni kkontestata ma tippermettix lir-rikorrent jifhem dak li huwa allegat li wettaq.