5.2.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 42/39
Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Diċembru 2017 – Star Television Productions vs EUIPO – Marc Dorcel (STAR)
(Kawża T-797/17)
(2018/C 042/54)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Star Television Productions Ltd (Tortola, il-Gżejjer Verġni Brittaniċi) (rappreżentant: D. Farnsworth, Solicitor)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Marc Dorcel SA (Pariġi, Franza)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea li tinkludi l-element verbali “STAR” – Trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 1 992 510
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-14 ta’ Settembru 2017 fil-Każ R 1519/2016-2
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tiċħad it-talba għal revoka u;
—
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż sostnuti mill-appellanti relatati ma’ dan l-appell.
Motiv invokat
—
Ksur tal-Artikolu 58(1)(a) tar-Regolament Nru 207/2009.