5.2.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 42/41
Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Dicembru 2017 – Brown Street Holdings vs EUIPO – Enesan (FIGHT LIFE)
(Kawża T-800/17)
(2018/C 042/57)
Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Brown Street Holdings Ltd (Auckland, in-New Zealand) (rappreżentanti: C. Hufnagel, M. Kleespies, A. Bender u J. Clayton-Chen, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Enesan AG (Zürich, l-Isvizzera)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: ir-reġistrazzjoni internazzjonali li tindika l-Unjoni Ewropea tat-trade mark verbali “FIGHT LIFE” Nru 1 112 642
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-26 ta’ Settembru 2017 fil-Każ R 36/2017-2
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.
Motivi invokati
—
Ksur tat-tieni sentenza tal-Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009;
—
Ksur tal-ewwel sentenza tal-Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009;
—
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.