5.2.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 42/43
Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Diċembru 2017 – Dermatest vs EUIPO (ORIGINAL excellent dermatest)
(Kawża T-803/17)
(2018/C 042/60)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Dermatest Gesellschaft für allergologische Forschung u. Vertrieb von Körperpflegemitteln mbH (Münster, Deutschland) (rappreżentanti: J. Bühling u D. Graetsch, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea li tinkludi l-elementi verbali “ORIGINAL excellent dermatest” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 15 073 364
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-25 ta’ Settembru 2017 fil-Każ R 526/2017-4
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż inklużi dawk tal-appell.
Motiv invokat
—
Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament Nru 207/2009.