5.2.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 42/44
Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Diċembru 2017 – Stada Arzneimittel vs EUIPO (Rappreżentazzjoni ta’ żewġ arkati ċirkulari opposti)
(Kawża T-804/17)
(2018/C 042/61)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrent: Stada Arzneimittel AG (Bad Vilbel, il-Ġermanja) (rappreżentanti: J. C. Plate u R. Kaase, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: Trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 15 625 437
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-20 ta’ Settembru 2017 fil-Każ R 1887/2016-1
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.
Motiv invokat
—
Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.