12.2.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 52/40
Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Diċembru 2017 – Lietuvos geležinkeliai vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-814/17)
(2018/C 052/53)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Lietuvos geležinkeliai AB (Vilnjus, il-Litwanja) (rappreżentanti: W. Deselaers, K. Apel, P. Kirst, lawyers)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla, kompletament jew parzjalment, l-Artikoli 1, 2, 3 u 4 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2017) 6544 finali tat-2 ta’ Ottubru 2017 dwar proċedura skont l-Artikolu 102 TFUE fil-Każ AT.39813 – Ferrovija Baltika; u/jew
—
tnaqqas il-multi imposti imposti fuq ir-rikorrenti bl-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2017) 6544 finali tat-2 ta’ Ottubru 2017; u
—
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka ħames motivi.
1.
L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 102 TFUE, żball manifest ta’ liġi peress li intuża test legali żbaljat għall-evalwazzjoni tal-allegat abbuż. Skont ir-rikorrenti, jista’ jkun hemm abbuż biss jekk l-aċċess għal-linji tal-ferrovija kien essenzjali jew indispensabbli għall-kompetituri sabiex jikkompetu fis-suq downstream (li ma huwiex il-każ).
2.
It-tieni motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 102 TFUE u żbalji manifesti ta’ liġi u ta’ evalwazzjoni. Ir-rikorrenti targumenta li anki taħt it-test legali (żbaljat) applikat mill-Kummissjoni, it-tneħħija tal-linja tal-ferrovjarja li tgħaqqad Mažeikiai fil-Majjistral tal-Litwanja mal-fruntiera Latvjana (iktar ’il quddiem il-“linja tal-ferrovija”) bħala faċilità mhux essenzjali ma kinitx tikkostitwixxi abbuż ta’ pożizzjoni dominanti fiċ-ċirkustanzi legali u fattwali tal-każ preżenti.
3.
It-tielet motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 296 TFUE u tal-Artikolu 2 tar-Regolament 1/2003 sa fejn, skont ir-rikorrenti, ma hemmx biżżejjed provi u nuqqas ta’ motivazzjoni.
4.
Ir-raba’ motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 23.3 tar-Regolament 1/2003, u żbalji manifesti ta’ liġi u ta’ evalwazzjoni fl-iffissar tal-ammont tal-multa.
5.
Il-ħames motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 7 tar-Regolament 1/2003, żbalji manifesti ta’ liġi u ta’ evalwazzjoni peress li fil-fatt ġie ordnat rimedju sproporzjonat (jiġifieri l-bini mill-ġdid tal-linja tal-ferrovija).