19.2.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 63/16
Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Diċembru 2017 – Schokker vs AESA
(Kawża T-817/17)
(2018/C 063/21)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Boudewijn Schokker (Hoofddorp, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: S. Orlandi u T. Martin, avukati)
Konvenuta: L-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà fl-Avjazzjoni (AESA)
Talbiet
Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tiddikjara u tiddeċiedi,
—
l-AESA hija kkundannata tħallas lir-rikorrent is-somma ta’ EUR 80 000 bħala kumpens għad-dannu morali li huwa sofra;
—
l-AESA hija kkundannata għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tiegħu r-rikorrent jinvoka erba’ motivi intiżi sabiex jiġi stabbilit li l-awtorità li għandha s-setgħa tikkonkludi kuntratti tal-AESA (iktar ’il quddiem l-“ASTK”) wettqet diversi nuqqasijiet amministrattivi li kkawżawlu dannu morali kunsiderevoli.
1.
L-ewwel motiv ibbażat fuq iċ-ċirkustanza li l-ASTK għamlet lir-rikorrent offerta illegalli ta’ imjieg li huwa ma setgħax, għal din ir-raġuni, jaċċetta mingħajr kundizzjonijiet.
2.
It-tieni motiv ibbażat fuq il-fatt li l-ASTK irrifjutat li tikkoreġi din l-offerta ta’ impjieg meta din kienet manifestament ivvizzjata b’illegalità.
3.
It-tielet motiv ibbażat fuq l-argument li jgħid li l-konsegwenza tal-irtirar għalgħarrieda tal-offerta ta’ impjieg mill-ASTK kienet l-għeluq definittiv tal-proċedura ta’ reklutaġġ tar-rikorrent.
4.
Ir-raba’ motiv ibbażat fuq il-fatt li l-ASTK injorat l-għan tal-proċedura prekontenzjuża billi sistematikament ġabet fix-xejn kull proposta sabiex it-tilwima tiġi solvuta b’mod extraġudizzjarju.