26.2.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 72/39
Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Diċembru 2017 – Sierra vs EUIPO
(Kawża T-819/17)
(2018/C 072/50)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Mercedes Sierra (Alicante, Spanja) (rappreżentant: E. Fontes Vila, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob lill-Qorti Ġenerali tordna lill-konvenut ineħħi, mill-“Appraisal Report” (rapport ta’ evalwazzjoni) tar-rikorrenti, fir-rigward tal-proċedura ta’ evalwazzjoni 2016, kwalunkwe kritika marbuta mal-istil ta’ komunikazzjoni tal-istess rikorrenti, sa fejn din il-kritika ma tirriflettix il-verità u tikkostitwixxi ndħil fid-dritt fundamentali tal-persuna għall-espressjoni libera tal-ideat u tal-opinjonijiet tagħha.
Motivi u argumenti prinċipali
Dan ir-rikors huwa ppreżentat kontra d-deċiżjoni tal-EUIPO adottata fil-proċedura annwali ta’ evalwazzjoni tal-eżerċizzju tal-funzjonijiet fil-pożizzjoni tax-xogħol tar-rikorrenti, li tikkorrispondi għall-proċedura ta’ evalwazzjoni tal-2016.
B’mod konkret, ir-rikorrenti qiegħda titlob li evalwazzjonijiet partikolari jitneħħew mill-“Appraisal Report” (rapport ta’ evalwazzjoni).
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka d-dritt tagħha li tesprimi ruħha b’mod liberu fi ħdan l-Uffiċċju mingħajr il-biża’ li tiġi ssanzjonata għaliex tagħmel hekk.
Ir-rikorrenti tqis li kien hemm ksur tad-dritt tagħha għal-libertà ta’ espressjoni u tqis li r-raġuni li tiġġustifika d-deċiżjoni li l-uffiċjal ma tiġix promossa b’mod li jistħoqqilha, fid-dawl tal-evalwazzjoni tad-dedikazzjoni tagħha, tal-kwalità u tal-eżerċizzju tax-xogħol tagħha, tqiegħda f’sitwazzjoni ta’ vulnerabbiltà.