12.3.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 94/28
Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Diċembru 2017 – Frinsa del Noroeste vs EUIPO – Alimentos Friorizados (Alfrisa)
(Kawża T-820/17)
(2018/C 094/38)
Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Frinsa del Noroeste, SA (Santa Eugenia de Ribeira, Spanja) (rappreżentant: J. Botella Reyna, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Alimentos Friorizados, SA (Barberá del Vallés, Spanja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea li tinkludi l-elementi verbali “Alfrisa” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 14 899 223
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-27 ta’ Settembru 2017 fil-Każ R 956/2017-2
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-deċiżjonijiet tal-EUIPO li jiċħdu l-oppożizzjoni u l-appell ippreżentati mir-rikorrenti inkonnessjoni mat-trade mark Komunitarja Nru 14 899 223 “Alfrisa” għal prodotti u servizzi fil-klassi 29 u 35;
—
tikkundanna għall-ispejjeż lill-applikant għat-trade marka ikkontestata b’mod konformi mal-Artikolu 85 tar-Regolament dwar it-trade mark tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 94 tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja.
Motiv invokat
—
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b), u (5) tar-Reglament Nru 207/2009.