12.2.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 52/41
Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Diċembru 2017 – Vitromed vs EUIPO – Vitromed Healthcare (VITROMED Germany)
(Kawża T-821/17)
(2018/C 052/54)
Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Vitromed GmbH (Jena, il-Ġermanja) (rappreżentant: M. Linß, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Vitromed Healthcare (Jaipur, l-Indja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea li tinkludi l-element verbali “VITROMED Germany” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 14 459 903
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-26 ta’ Settembru 2017 fil-Każ R 2402/2016-2
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tiċħad l-oppożizzjoni fl-intier tagħha;
—
tikkundanna lill-opponent għall-ispejjeż.
Motiv invokat
—
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.