26.2.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 72/40
Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Diċembru 2017 – Etnia Dreams vs EUIPO – Poisson (Etnik)
(Kawża T-823/17)
(2018/C 072/51)
Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Etnia Dreams, SL (Valencia, Spanja) (rappreżentant: P. Gago Comes, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Serge Poisson (Limal, il-Belġju)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “Etnik”– Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 15 721 301
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-19 ta’ Ottubru 2018 fil-Każ R 880/2017-4
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha tilqa’ t-talba tagħha u b’konsegwenza ta’ dan tagħti deċiżjoni ġdida li fiha tilqa’ l-oppożizzjoni Nru B 2 791 229, kif ukoll, permezz tal-mezzi legali xierqa, tiċħad l-applikazzjoni għall-inklużjoni tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 15 721 301 “Etnik” għall-klassijiet 3 u 35, bis-saħħa tal-Artikoli 8(1)(a) u (b) tar-Regolament dwar it-trade mark tal-Unjoni Ewropea, inkwantu teżisti probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark tal-Unjoni Nru 11 017 241 li hija proprjetà ta’ Etnia Dreams S.L.
Motivi invokati
—
Il-bażi tal-oppożizzjoni tidħol kjarament taħt l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.
—
Il-konvenut imissu applika l-aħħar inċiż tar-Regola 17, paragrafi 3 u 4 tar-Regolament Nru 2868/95, u konsegwentement imissu nnotifika l-irregolarità lir-rikorrenti sabiex jinstab rimedju għaliha fit-terminu ta’ xahrejn.
—
Ksur tal-Artikoli 41 u 42 tar-Regolament Nru 207/2009.
—
Ksur tal-Artikoli 10, 41, 47 u 48(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.
—
Ksur tal-prinċipji ta’ bona fide u tar-rispett tal-aspettattivi leġittimi.