12.2.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 52/42
Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Diċembru 2017 – Carbon System Verwaltungs vs EUIPO (LIGHTBOUNCE)
(Kawża T-825/17)
(2018/C 052/55)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Carbon System Verwaltungs GmbH (Marktheidenfeld, il-Ġermanja) (rappreżentanti: M. Gilch u L. Petri, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni “LIGHTBOUNCE” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 15 152 028
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-11 ta’ Ottubru 2017 fil-Każ R 2301/2016-1
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-11 ta’ Ottubru 2017 (R 2301/2016-1);
—
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.
Motivi invokati
—
Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 2017/1001;
—
Ksur tal-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament Nru 2017/1001.