19.2.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 63/19
Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Diċembru 2017 – Coesia vs EUIPO (Rappreżentazzjoni ta’ forma ċirkolari, iffurmata minn żewġ linji oblikwi ta’ kulur aħmar)
(Kawża T-829/17)
(2018/C 063/26)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Coesia SpA (Bologna, l-Italja) (rappreżentant: S. Rizzo, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark figurattiva tal-Unjoni “(Rappreżentazzjoni ta’ forma ċirkolari, iffurmata minn żewġ linji oblikwi ta’ kulur aħmar) – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 13 681 151
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-29 ta’ Settembru 2017 fil-Każ R 1272/2017-5
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.
Motivi invokati
—
Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009;
—
Ksur tal-Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009.