12.2.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 52/43
Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Diċembru 2017 – DRH Licensing & Managing vs EUIPO – Merck (Flexagil)
(Kawża T-831/17)
(2018/C 052/57)
Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: DRH Licensing & Managing AG (Zürich, l-Isvizzera) (rappreżentant: S. Salomonowitz, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Merck KGaA (Darmstadt, il-Ġermanja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea li tinkludi l-element verbali “Flexagil” – Trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 7 301 237
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-17 ta’ Ottubru 2017 fil-Każ R 2043/2016-4
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-deċiżjoni tal-Bord tal-Appell tas-17 ta’ Ottubru 2017 fil-Każ R 2043/2016-4 fl-intier tagħha;
—
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż ta’ din il-proċedura kif ukoll tal-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell fil-Każ R 2043/2016-4.
Motivi invokati
—
Ksur tal-Artikolu 58(1)(a) tar-Regolament 2017/1001;
—
Ksur tal-Artikolu 18 tar-Regolament 2017/1001.