19.2.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 63/22
Rikors ippreżentat fi-29 ta’ Diċembru 2017 – Sports Group Denmark vs EUIPO – K&L (WHISTLER)
(Kawża T-836/17)
(2018/C 063/30)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Sports Group Denmark A/S (Ikast, id-Danimarka) (rappreżentant: E. Skovbo, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell: K&L GmbH & Co. Handels-KG (Weilheim, il-Ġermanja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark figurattiva tal-Unjoni li tinkludi l-element verbali “WHISTLER” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 12 870 648
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-18 ta’ Ottubru 2017 fil-Każ R 311/2017-1
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tiċħad l-oppożizzjoni fit-totalità tagħha;
—
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.
Motivi invokati
—
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009;