26.2.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 72/43
Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Diċembru 2017 – Negru vs EUIPO – Sky (SkyPrivate)
(Kawża T-837/17)
(2018/C 072/54)
Lingwa tar-rikors: ir-Rumen
Partijiet
Rikorrent: Alexandru Negru (Iași, ir-Rumanija) (rappreżentant: I.-M. Iliescu, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Sky plc (Isleworth, ir-Renju Unit)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrent
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: ir-reġistrazzjoni internazzjonali tat-trade mark figurattiva li tindika l-Unjoni Ewropea u li tinkludi l-element verbali “Skyprivate”
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-12 ta’ Ottubru 2017 fil-Każ R 349/2017-2
Talbiet
Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.
Motiv invokat
—
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.