12.8.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 270/8
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-20 ta’ Ġunju 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Augstākā tiesa — il-Latvja) — “Oribalt Rīga” SIA, li kienet “Oriola Rīga” SIA vs Valsts ieņēmumu dienests
(Kawża C-1/18) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Unjoni doganali - Regolament (KEE) Nru 2913/92 - Artikolu 30(2)(b) u (ċ) - Regolament (KEE) Nru 2454/93 - Artikolu 152(1)(a) u (b) - Determinazzjoni tal-valur doganali tal-merkanzija - Kunċett ta’ “merkanzija simili” - Prodotti mediċinali - Teħid inkunsiderazzjoni ta’ kull element li jista’ jkollu effett fuq il-valur ekonomiku tal-prodott mediċinali kkonċernat - Terminu ta’ 90 jum li fih il-merkanzija importata għandha tinbiegħ fl-Unjoni Ewropea - Terminu finali - Assenza ta’ teħid inkunsiderazzjoni tal-iskontijiet kummerċjali)
(2019/C 270/09)
Lingwa tal-kawża: il-Litwan
Qorti tar-rinviju
Augstākā tiesa
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti:“Oribalt Rīga” SIA, li kienet “Oriola Rīga” SIA
Konvenuta: Valsts ieņēmumu dienests
Dispożittiv
1)
L-Artikolu 30(2)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta’ Ottubru 1992 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità, kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 82/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Diċembru 1996, għandu jiġi interpretat fis-sens li meta l-valur għal skopijiet doganali ta’ merkanzija, bħall-prodotti mediċinali inkwistjoni fil-kawża prinċipali, jiġi kkalkolat billi jiġi applikat il-metodu deduttiv previst f’din id-dispożizzjoni, l-amministrazzjoni doganali nazzjonali kompetenti għandha tieħu inkunsiderazzjoni, sabiex tidentifika “merkanzija simili”, kull element rilevanti, bħall-kompożizzjoni rispettiva ta’ din il-merkanzija, in-natura sostitwibbli tagħha fir-rigward tal-effetti tagħha u l-interkambjabbiltà kummerċjali tagħha, billi tagħmel għalhekk evalwazzjoni fattwali b’mod li tieħu inkunsiderazzjoni kull element li jista’ jkollu effett fuq il-valur ekonomiku reali tal-imsemmija merkanzija, inkluża l-pożizzjoni fis-suq tal-merkanzija importata u tal-produttur tagħha.
2)
L-Artikolu 152(1)(b) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta’ Lulju 1993 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament Nru 2913/92 għandu jiġi interpretat fis-sens li, sabiex jiġi ddeterminat il-prezz ta’ unità tal-merkanzija importata skont il-metodu previst fl-Artikolu 30(2)(ċ) tar-Regolament Nru 2913/92, kif emendat bir-Regolament Nru 82/97, it-terminu ta’ 90 jum li fih il-merkanzija importata għandha tinbiegħ fl-Unjoni Ewropea, imsemmi fl-Artikolu 152(1)(b) tar-Regolament Nru 2454/93, huwa terminu finali.
3)
L-Artikolu 30(2)(ċ) tar-Regolament Nru 2913/92, kif emendat bir-Regolament Nru 82/97, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-iskontijiet fuq il-prezz tal-bejgħ tal-merkanzija importata ma jistgħux jittieħdu inkunsiderazzjoni sabiex jiġi ddeterminat il-valur għal skopijiet doganali ta’ din il-merkanzija b’applikazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni.
(1) ĠU C 104, 19.3.2018.
Full & Egal Universal Law Academy