25.11.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 399/6
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tas-26 ta’ Settembru 2019 – Oleksandr Viktorovych Klymenko vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
(Kawża C-11/18 P) (1)
(Appell - Miżuri restrittivi meħuda fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukraina - Iffriżar ta’ fondi u ta’ riżorsi ekonomiċi - Lista tal-persuni, entitajiet u organi li fil-konfront tagħhom japplika l-iffriżar tal-fondi u tar-riżorsi ekonomċi - Żamma ta’ isem ir-rikorrent - Deċiżjoni ta’ awtorità ta’ Stat terz - Obbligu tal-Kunsill li jiġi vverifikat li din id-deċiżjoni ttieħdet fl-osservanza tad-drittijiet tad-difiża u tad-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva - Obbligu ta’ motivazzjoni)
(2019/C 399/06)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Appellant: Oleksandr Viktorovych Klymenko (rappreżentant: M. Phelippeau, avukatessa)
Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Vitro u J.-P. Hix, aġenti)
Dispożittiv
1)
Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tat-8 ta’ Novembru 2017, Klymenko vs Il-Kunsill (T-245/15, mhux ippubblikata, EU:T:2017:792), hija annullata.
2)
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/364 tal-5 ta’ Marzu 2015 li temenda d-Deċiżjoni 2014/119/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2015/357 tal-5 ta’ Marzu 2015 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 208/2014 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna, id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/318 tal-4 ta’ Marzu 2016 li temenda d-Deċiżjoni 2014/119/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2016/311 tal-4 ta’ Marzu 2016 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 208/2014 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna, id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/381 tat-3 ta’ Marzu 2017 li temenda d-Deċiżjoni 2014/119/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna, u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2017/374 tat-3 ta’ Marzu 2017 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 208/2014 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna, huma annullati sa fejn jirrigwardaw lil Oleksandr Viktorovych Klymenko.
3)
Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea huwa kkundannat għall-ispejjeż sostnuti kemm fil-proċedura tal-ewwel istanza kif ukoll f’dan l-appell.
(1) ĠU C 94, 12.3.2018