18.2.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 65/18
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tad-19 ta’ Diċembru 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunalul Mureş – Ir-Rumanija) – proċeduri kriminali kontra Virgil Mailat, Delia Elena Mailat, Apcom Select SA
(Kawża C-17/18) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Tassazzjoni - Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) - Direttiva 2006/112/KE - Artikoli 19 u 29 kif ukoll Artikolu 135(1)(l) - Trasferiment tal-assi kollha jew parti minnhom - Eżenzjoni tal-kiri ta’ proprjetajiet immobbli - Kuntratt ta’ kiri ta’ proprjetà immobbli li sservi għal użu kummerċjali u tal-oġġetti mobbli neċessarji għal dan l-użu - Provvisti relatati mal-proprjetà immobbli li taw lok għat-tnaqqis tal-VAT - Aġġustament))
(2019/C 65/22)
Lingwa tal-kawża: ir-Rumen
Qorti tar-rinviju
Tribunalul Mureş
Partijiet fil-proċedura kriminali prinċipali
Virgil Mailat, Delia Elena Mailat, Apcom Select SA
Dispożittiv
1)
Il-kunċett ta’ “trasferiment tal-assi kollha jew parti minnhom”, fis-sens tal-Artikolu 19 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, għandu jiġi interpretat fis-sens li huwa ma jkoprix it-tranżazzjoni li permezz tagħha proprjetà immobbli li kienet isservi għal użu kummerċjali tinkera, bit-tagħmir kollu tagħha kif ukoll bil-prodotti għall-konsum meħtieġa għal dan l-użu, minkejja li min jikri jkompli l-attività ta’ sid il-kera taħt l-istess isem tad-ditta.
2)
L-Artikolu 135(1)(l) tad-Direttiva 2006/112 għandu jiġi interpretat fis-sens li kuntratt ta’ kiri ta’ proprjetà immobbli li kienet isservi għal użu kummerċjali kif ukoll tat-tagħmir kollu tagħha u tal-prodotti għall-konsum meħtieġa għal dan l-użu jikkostitwixxi provvista waħda fejn il-kiri tal-proprjetà immobbli hija l-provvista prinċipali.
(1) ĠU C 123, 9.4.2018.
Full & Egal Universal Law Academy