9.9.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 305/11
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-10 ta’ Lulju 2019 — VG, aventi kawża ta’ MS vs Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża C-19/18 P) (1)
(Appell - Rikors għad-danni kontra l-Kummissjoni Ewropea - Deċiżjoni tal-Kummissjoni li ttemm kollaborazzjoni fil-kuntest tan-netwerk Team Europe - Kumpens għad-dannu - Eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà mqajma mill-Kummissjoni - Natura kuntrattwali jew delittwali tat-tilwima)
(2019/C 305/13)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Appellanti: VG, aventi kawża ta’ MS (rappreżentant: L. Levi, avukat)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: I. Martínez del Peral, C. Ehrbar u B. Mongin, agenti)
Dispożittiv
1)
L-appell huwa miċħud.
2)
VG huwa kkundannat għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 83, 5.3.2018.