6.5.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 155/12
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-14 ta’ Marzu 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Isvea hovrätt — l-Isvezja — Textilis Ltd, Ozgur Keskin vs Svenskt Tenn Aktiebolag
(Kawża C-21/18) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Kunċett ta’ “forma” - Forma li tagħti valur sostanzjali lill-prodott - Trade mark bidimensjonali - Trade mark figurattiva li tikkostitwixxi wkoll xogħol fis-sens tad-drittijiet tal-awtur - Regolament (KE) Nru 207/2009 - Artikolu 7(1)(e)(iii) - Regolament (UE) 2015/2424)
(2019/C 155/15)
Lingwa tal-kawża: l-Isvediż
Qorti tar-rinviju
Svea hovrätt
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Textilis Ltd, Ozgur Keskin
Konvenuta: Svenskt Tenn Aktiebolag
Dispożittiv
1)
L-Artikolu 7(1)(e)(iii) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009 tas-26 ta’ Frar 2009 dwar it-trade mark [tal-Unjoni Ewropea], kif emendat bir-Regolament (UE) 2015/2424 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2015, għandu jiġi interpretat fis-sens li dan ma huwiex applikabbli għal trade marks irreġistrati qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-regolament Nru 207/2009, kif emendat bir-Regolament 2015/2424.
2)
L-Artikolu 7(1)(e)(iii) tar-Regolament Nru 207/2009 għandu jiġi interpretat fis-sens li sinjal, bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li jikkonsisti f’disinni bidimensjonali dekorattivi, li huwa mwaħħal fuq prodotti, bħal tessut jew karta, ma “jikkonsistix esklużivament f’forma”, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni.
(1) ĠU C 94, 12.3.2018.