8.7.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 230/11
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-8 ta’ Mejju 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Okrazhen sad — Blagoevgrad — il-Bulgarija) — Brian Andrew Kerr vs Pavlo Postnov, Natalia Postnova
(Kawża C-25/18) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili - Ġurisdizzjoni tal-qrati, rikonoxximent u eżekuzzjoni tas-sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali - Regolament (UE) Nru 1215/2012 - Il-punt 1(a) tal-Artikolu 7 - Ġurisdizzjoni speċjali fil-qasam kuntrattwali - Kunċett ta’ “qasam kuntrattwali” - Deċiżjoni tal-laqgħa ġenerali tal-komproprjetarji ta’ kondominju - Obbligu tal-komproprjetarji li jħallsu l-kontribuzzjonijiet finanzjarji annwali għall-baġit tal-komproprjetà stabbiliti minn din id-deċiżjoni - Azzjoni ġudizzjarja intiża għall-kisba tal-eżekuzzjoni ta’ dan l-obbligu - Liġi applikabbli għall-obbligi kuntrattwali - Regolament (KE) Nru 593/2008 - Artikolu 4(1)(b) u (ċ) - Kunċetti ta’ ‘kuntratt ta’ provvista ta’ servizzi’ u ta’ ‘kuntratt relatat ma’ dritt in rem - Deċiżjoni tal-laqgħa ġenerali tal-komproprjetarji ta’ kondominju relatata mal-ispejjeż ta’ manutenzjoni tal-partijiet komuni ta’ dan)
(2019/C 230/12)
Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru
Qorti tar-rinviju
Okrazhen sad — Blagoevgrad
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Brian Andrew Kerr
Konvenuti: Pavlo Postnov, Natalia Postnova
Dispożittiv
1)
Il-punt 1(a) tal-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) Nru 1215/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2012 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali għandu jiġi interpretat fis-sens li kawża dwar obbligu ta’ ħlas li jirriżulta minn deċiżjoni tal-laqgħa ġenerali tal-komproprjetarji ta’ kondominju ta’ appartamenti li ma għandhiex personalità ġuridika u li hija speċjalment maħtura mil-liġi sabiex teżerċita ċerti drittijiet, adottata mill-maġġoranza tal-membri tagħha, iżda vinkolanti għall-membri kollha tagħha, għandha tiġi kkunsidrata bħala li taqa’ taħt il-kunċett ta’ “kwistjoni fil-qasam kuntrattwali”, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni.
2)
L-Artikolu 4(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 593/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Ġunju 2008 dwar il-liġi applikabbli għall-obbligazzjonijiet kuntrattwali (Ruma I) għandu jiġi interpretat fis-sens li, kawża bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, dwar obbligu ta’ ħlas li jirriżulta minn deċiżjoni tal-laqgħa ġenerali tal-komproprjetarji ta’ kondominju ta’ appartamenti, relatata mal-ispejjeż ta’ manutenzjoni tal-partijiet komuni ta’ dan il-kondominju, għandha tiġi kkunsidrata bħala li tikkonċerna kuntratt ta’ provvista ta’ servizzi, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni.
(1) ĠU C 112, 26.3.2018.
Full & Egal Universal Law Academy