17.6.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 206/12
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-11 ta’ April 2019 (talbiet għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Superior de Justicia de Galicia — Spanja) — Cobra Servicios Auxiliares SA vs José David Sánchez Iglesias (C-29/18), José Ramón Fiuza Asorey (C-30/18), Jesús Valiño Lopez (C-44/18), FOGASA (C-29/18 u C-44/18), Incatema, SL
(Kawżi Magħquda C-29/18, C-30/18 u C-44/18) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Politika soċjali - Direttiva 1999/70/KE - Ftehim qafas dwar xogħol għal żmien determinat konkluż mill-ETUC, mill-UNICE u miċ-CEEP - Klawżola 4 - Prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni - Kunċett ta’ ‘kundizzjonijiet ta’ impjieg’ - Paragunabbiltà tas-sitwazzjonijiet - Ġustifikazzjoni - Kunċett ta’ ‘raġunijiet oġġettivi’ - Kumpens fil-każ ta’ xoljiment ta’ kuntratt ta’ xogħol għal żmien indeterminat minħabba raġuni oġġettiva - Kumpens inqas imħallas mal-iskadenza ta’ kuntratt ta’ xogħol fil-forma ta’ kuntratt‘għal kompitu okkażjonali’)
(2019/C 206/13)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Qorti tar-rinviju
Tribunal Superior de Justicia de Galicia
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Cobra Servicios Auxiliares SA
Konvenuti: José David Sánchez Iglesias (C-29/18), José Ramón Fiuza Asorey (C-30/18), Jesús Valiño Lopez (C-44/18), FOGASA (C-29/18 u C-44/18), Incatema SL
Dispożittiv
Il-klawżola 4(1) tal-Ftehim qafas dwar ix-xogħol għal żmien determinat, konkluż fit-18 ta’ Marzu 1999, li jinsab fl-anness tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/70/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 dwar il-ftehim qafas dwar xogħol għal żmien fiss konkluż mill-ETUC, mill-UNICE u mis-CEEP għandha tiġi interpretata fis-sens li ma tipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali li tgħid li, f’sitwazzjoni, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, fejn it-terminazzjoni tal-kuntratt ta’ provvista ta’ servizz konkluż mill-persuna li timpjega u wieħed mill-klijenti tagħha, minn naħa, tirriżulta fit-terminazzjoni tal-kuntratti ta’ xogħol għal kompiti okkażjonali li jorbtu lil dik il-persuna li timpjega ma’ ċerti ħaddiema, u, min-naħa l-oħra, twassal għal tkeċċija kollettiva, abbażi ta’ raġuni oġġettiva, ta’ ħaddiema għal żmien indeterminat impjegati mill-imsemmija persuna li timpjega, il-kumpens għat-terminazzjoni tar-relazzjoni ta’ xogħol imħallas lill-ewwel minn dawn il-ħaddiema għandu jkun inferjuri għal dak allokat għall-ħaddiema għal żmien indeterminat.
(1) ĠU C 142, 23.04.2018.