9.9.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 305/12
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-10 ta’ Lulju 2019 — Il-Kummissjoni Ewropea vs NEX International Limited, li kienet Icap plc, Icap Management Services Ltd, Icap New Zealand Ltd
(Kawża C-39/18 P) (1)
(Appell - Kompetizzjoni - Akkordji - Settur tal-prodotti dderivati minn rati ta’ interessi ddenominati fil-yen - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE - Responsabbiltà ta’ impriża għar-rwol tagħha ta’ faċilitatur tal-akkordju - Kalkolu tal-multa - Obbligu ta’ motivazzjoni)
(2019/C 305/15)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Appellanti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Mongin, M. Farley, T. Christoforou u V. Bottka, aġenti)
Partijiet oħra fil-proċedura: NEX International Limited, li kienet Icap plc, Icap Management Services Ltd, Icap New Zealand Ltd (rappreżentanti: C. Riis-Madsen, advokat u S. Frank, avukat)
Dispożittiv
1)
L-appell huwa miċħud.
2)
Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 142, 23.04.2018.