12.8.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 270/9
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tad-19 ta’ Ġunju 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale Amministrativo Regionale della Campania — l-Italja) — Meca Srl vs Comune di Napoli
(Kawża C-41/18) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kuntratti pubbliċi - Direttiva 2014/24/UE - Artikolu 57(4)(c) u (g) - Għoti ta’ kuntratti pubbliċi - Motivi fakultattivi ta’ esklużjoni mill-parteċipazzjoni għal proċedura ta’ għoti ta’ kuntratt - Kondotta professjonali serjament skorretta li tqajjem dubji dwar l-integrità tal-operatur ekonomiku - Xoljiment ta’ kuntratt preċedenti minħabba nuqqasijiet fit-twettiq tal-eżekuzzjoni tiegħu - Rikors li jipprekludi lill-awtorità kontraenti milli tevalwa n-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu kuntrattwali sakemm tiġi konkluża l-proċedura ġudizzjarja)
(2019/C 270/10)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Tribunale Amministrativo Regionale della Campania
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Meca Srl
Konvenut: Comune di Napoli
Fil-preżenza ta’: Sirio Srl
Dispożittiv
L-Artikolu 57(4)(c) u (g) tad-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist pubbliku u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li abbażi tagħha l-introduzzjoni ta’ rikors kontra d-deċiżjoni ta’ xoljiment ta’ kuntratt pubbliku meħuda minn awtorità kontraenti minħabba nuqqasijiet serji li seħħew fl-eżekuzzjoni tiegħu twaqqaf lill-awtorità kontraenti li tagħmel sejħa għal offerti ġdida milli tagħmel kwalunkwe evalwazzjoni, fl-istadju tal-għażla tal-offerenti, dwar l-affidabbiltà tal-operatur ikkonċernat minn dan ix-xoljiment.
(1) ĠU C 142, 23.4.2018.
Full & Egal Universal Law Academy