5.8.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 263/11
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-12 ta’ Ġunju 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Conseil d’État — il-Belġju) — Compagnie d’entreprises CFE SA vs Région de Bruxelles-Capitale
(Kawża C-43/18) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Ambjent - Direttiva 2001/42/KE - Evalwazzjoni tal-effetti ta’ ċerti pjanijiet u programmi fuq l-ambjent - Digriet - Għażla ta’ żona speċjali ta’ konservazzjoni skont id-Direttiva 92/43/KEE - Stabbiliment tal-għanijiet ta’ konservazzjoni u ta’ ċerti miżuri ta’ prevenzjoni - Kunċett ta’ “pjanijiet u programmi” - Obbligu ta’ twettiq ta’ evalwazzjoni ambjentali)
(2019/C 263/13)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Conseil d’État
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Compagnie d’entreprises CFE SA
Konvenut: Région de Bruxelles-Capitale
Dispożittiv
L-Artikolu 3(2) u (4) tad-Direttiva 2001/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Ġunju 2001 dwar l-istima ta’ l-effetti ta’ ċerti pjanijiet u programmi fuq l-ambjent għandu jiġi interpretat fis-sens li, mingħajr ħsara għall-verifiki li l-qorti tar-rinviju għandha tagħmel, digriet, bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li permezz tiegħu Stat Membru jagħżel żona speċjali ta’ konservazzjoni (ŻSK) u jistabbilixxi għanijiet ta’ konservazzjoni u ċerti miżuri ta’ prevenzjoni, ma huwiex inkluż fil-“pjanijiet u programmi” li għalihom evalwazzjoni tal-effetti fuq l-ambjent hija obbligatorja.
(1) ĠU C 112, 26.3.2018.
Full & Egal Universal Law Academy