25.11.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 399/9
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-18 ta’ Settembru 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Oberlandesgericht Wien - l-Awstrija) – Skarb Pánstwa Rzeczpospolitej Polskiej – Generalny Dyrektor Dróg Krajowych i Autostrad vs Stephan Riel, bħala amministratur stralċjarju ta’ Alpine Bau GmbH
(Kawża C-47/18) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Regolament (UE) Nru 1215/2012 - Ġurisdizzjoni f’materji ċivili u kummerċjali - Kamp ta’ applikazzjoni - Artikolu 1(2)(b) - Fallimenti, proċedimenti li għandhom x’jaqsmu ma’ għeluq ta’ kumpanniji falluti, arranġamenti ġuridiċi, kompożizzjoni jew proċedimenti analogi - Esklużjoni - Rikors intiż għall-konstatazzjoni tal-eżistenza ta’ kreditu għall-finijiet tar-reġistrazzjoni tiegħu fil-kuntest ta’ proċedura ta’ insolvenza - Applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1346/2000 - Artikolu 41 - Kontenut tal-produzzjoni ta’ kreditu - Proċedura prinċipali u proċedura sekondarja ta’ insolvenza - Lis pendens u azzjonijiet relatati - Applikazzjoni b’analoġija tal-Artikolu 29(1) tar-Regolament Nru 1215/2012 - Inammissibbiltà)
(2019/C 399/09)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Oberlandesgericht Wien
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Skarb Pánstwa Rzeczpospolitej Polskiej – Generalny Dyrektor Dróg Krajowych i Autostrad
Konvenut: Stephan Riel, bħala amministratur stralċjarju ta’ Alpine Bau GmbH
Dispożittiv
1)
L-Artikolu 1(2)(b) tar-Regolament (UE) Nru 1215/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2012 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali għandu jiġi interpretat fis-sens li azzjoni għal dikjarazzjoni ta’ kreditu għall-finijiet tar-reġistrazzjoni tiegħu fil-kuntest ta’ proċedura ta’ insolvenza, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, hija eskluża mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-regolament.
2)
L-Artikolu 29(1) tar-Regolament Nru 1215/2012 għandu jiġi interpretat fis-sens li ma japplikax, lanqas b’analoġija, għal azzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li hija eskluża mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-regolament, iżda li taqa’ taħt dak tar-Regolament Nru 1346/2000.
3)
L-Artikolu 41 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1346/2000 tad-29 ta’ Mejju 2000 dwar proċedimenti ta’ falliment, għandu jiġi interpretat fis-sens li kreditur jista’, fil-kuntest ta’ proċedura ta’ insolvenza, jipproduċi kreditu mingħajr ma jindika formalment id-data meta sar, meta l-liġi tal-Istat Membru li fit-territorju tiegħu tkun infetħet din il-proċedura ma timponix l-obbligu li tiġi indikata din id-data u li din tal-aħħar tista’, mingħajr diffikultà partikolari, tiġi dedotta mid-dokumenti ta’ sostenn imsemmija f’dan l-Artikolu 41, u dan għandu jiġi evalwat mill-awtorità kompetenti, inkarigata mill-verifika tal-krediti.
(1) ĠU C 142, 23.04.2018.
Full & Egal Universal Law Academy