5.8.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 263/12
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-6 ta’ Ġunju 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Justice de Paix du canton de Visé — il-Belġju) — Michel Schyns vs Belfius Banque SA
(Kawża C-58/18) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Protezzjoni tal-konsumaturi - Direttiva 2008/48/KE - Obbligi prekuntrattwali - Artikolu 5(6) - Obbligu tal-kreditur li jfittex it-tip u l-ammont tal-kreditu l-iktar adattati - Artikolu 8(1) - Obbligu għall-kreditur li jastjeni milli jikkonkludi l-kuntratt ta’ self f’każ ta’ dubji dwar is-solvenza tal-konsumatur - Obbligu għall-kreditur li jevalwa l-opportunità tal-kreditu)
(2019/C 263/14)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Justice de Paix du canton de Visé
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Michel Schyns
Konvenut: Belfius Banque SA
Dispożittiv
1)
L-Artikolu 5(6) tad-Direttiva 2008/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2008 dwar ftehim ta’ kreditu għall-konsumatur u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 87/102/KEE għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li timponi fuq il-kredituri jew l-intermedjarji tal-kreditu li jfittxu, fil-qafas tal-kuntratti ta’ kreditu li s-soltu joffru, it-tip u l-ammont ta’ kreditu li huwa l-iktar adattat, inkunsiderazzjoni tas-sitwazzjoni finanzjarja tal-konsumatur fiż-żmien tal-konklużjoni tal-kuntratt u tal-għan tal-kreditu.
2)
L-Artikolu 5(6) u l-Artikolu 8(1) tad-Direttiva 2008/48 għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li teħtieġ li l-kreditur jastjeni milli jikkonkludi l-ftehim ta’ kreditu jekk ma jkunx jista’ jevalwa b’mod raġonevoli, fi tmiem il-verifika tas-solvibbiltà tal-konsumatur, li dan tal-aħħar għandu jkun jista’ josserva l-obbligi li jirriżultaw mill-kuntratt propost.
(1) ĠU C 166, 14.5.2018.