3.6.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 187/24
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-28 ta’ Marzu 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tallinna Ringkonnakohus — l-Estonja) — AS Tallinna Vesi vs Keskkonnaamet
(Kawża C-60/18) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Ambjent - Skart - Direttiva 2008/98/KE - Użu mill-ġdid u rkupru ta’ skart - Kriterji speċifiċi dwar it-tmiem tal-istatus ta’ skart għall-ħama tad-drenaġġ wara t-trattament ta’ rkupru - Assenza ta’ kriterji ddefiniti fil-livell tal-Unjoni Ewropea jew fil-livell nazzjonali)
(2019/C 187/27)
Lingwa tal-kawża: l-Estonjan
Qorti tar-rinviju
Tallinna Ringkonnakohus
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: AS Tallinna Vesi
Konvenut: Keskkonnaamet
fil-preżenza ta’: Keskkonnaministeerium
Dispożittiv
L-Artikolu 6(4) tad-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Novembru 2008 dwar l-iskart u li tħassar ċerti Direttivi, għandu jiġi interpretat fis-sens li:
—
dan ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li permezz tagħha, fil-każ li ebda kriterju ma jkun ġie ddefinit fil-livell tal-Unjoni għad-determinazzjoni tat-tmiem tal-istatus ta’ skart fir-rigward ta’ tip partikolari ta’ skart, it-tmiem ta’ tali status ikun jiddependi fuq l-eżistenza ta’ kriterji ddefiniti permezz ta’ att intern ta’ portata ġenerali fir-rigward ta’ dan it-tip ta’ skart, u li
—
dan ma jippermettix lil detentur ta’ skart jeżiġi, f’ċirkustanzi bħal dawk tal-kawża prinċipali, il-konstatazzjoni tat-tmiem tal-istatus ta’ skart mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru jew minn qorti ta’ dan l-Istat Membru.
(1) ĠU C 142, 23.4.2018.