25.11.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 399/10
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-26 ta’ Settembru 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale Amministrativo Regionale per la Lombardia – l-Italja) – Vitali SpA vs Autostrade per l’Italia SpA
(Kawża C-63/18) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikoli 49 u 56 TFUE - Għoti ta’ kuntratti pubbliċi - Direttiva 2014/24/UE - Artikolu 71 - Subappalt - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tillimita l-possibbiltà ta’ subappalt għal 30 % tal-ammont totali tal-kuntratt)
(2019/C 399/10)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Tribunale Amministrativo Regionale per la Lombardia
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Vitali SpA
Konvenuta: Autostrade per l’Italia SpA
Dispożittiv
Id-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist pubbliku u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE, kif emendata bir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/2170 tal-24 ta’ Novembru 2015, għandha tiġi interpretata fis-sens li tipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tillimita għal 30 % l-proporzjon tal-kuntratt li l-offerent huwa awtorizzat jagħti b’subappalt lil terzi.
(1) ĠU C 166, 14.5.2018