11.11.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 383/17
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-12 ta’ Settembru 2019 (talbiet għal deċiżjoni preliminari ta’ Landesverwaltungsgericht Steiermark – l-Awstrija) – Zoran Maksimovic (C-64/18), Humbert Jörg Köfler (C-140/18, C-146/18 u C-148/18), Wolfgang Leitner (C-140/18 u C-148/18), Joachim Schönbeck (C-140/18 u C-148/18), Wolfgang Semper (C-140/18 u C-148/18) vs Bezirkshauptmannschaft Murtal
(Kawżi Magħquda C-64/18, C-140/18, C-146/18 u C-148/18) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 56 TFUE - Libertà li jiġu pprovduti servizzi - Kollokament ta’ ħaddiema - Żamma u traduzzjoni tad-dokumentazzjoni dwar is-salarji - Permess ta’ xogħol - Sanzjonijiet - Proporzjonalità - Multi ta’ ammont minimu ddefinit minn qabel - Kumulu - Assenza ta’ limitu - Spejjeż legali - Priġunerija bħala sostituzzjoni)
(2019/C 383/16)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Landesverwaltungsgericht Steiermark
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Zoran Maksimovic (C-64/18), Humbert Jörg Köfler (C-140/18, C-146/18 u C-148/18), Wolfgang Leitner (C-140/18 u C-148/18), Joachim Schönbeck (C-140/18 u C-148/18), Wolfgang Semper (C-140/18 u C-148/18)
Konvenuta: Bezirkshauptmannschaft Murtal
fil-preżenza ta’: Finanzpolizei
Dispożittiv
L-Artikolu 56 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tipprevedi, fil-każ ta’ nuqqas ta’ osservanza tal-obbligi fil-qasam tad-dritt industrijali dwar il-kisba ta’ permessi amministrattivi u ż-żamma ta’ dokumenti relatati mas-salarji, l-impożizzjoni ta’ multi:
—
li ma jistgħux ikunu inqas minn ammont stabbilit minn qabel;
—
li jiġu imposti b’mod kumulattiv għal kull ħaddiem ikkonċernat u mingħajr limitu massimu;
—
flimkien ma’ kontribuzzjoni għall-ispejjeż proċedurali sa 20 % tal-ammont tagħhom fil-każ ta’ ċaħda tar-rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni li timponihom, u
—
li jiġu kkonvertiti fi priġunerija fil-każ ta’ nuqqas ta’ ħlas.
(1) ĠU C 259, 23.7.2018.