12.8.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 270/10
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-20 ta’ Ġunju 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Juzgado Contencioso-Administrativo no 1 de Pamplona — Spanja) — Daniel Ustariz Aróstegui vs Departamento de Educación del Gobierno de Navarra
(Kawża C-72/18) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Politika soċjali - Direttiva 1999/70/KE - Ftehim qafas bejn CES, UNICE u CEEP fuq ix-xogħol għal żmien determinat - Il-punt 1 tal-klawżola 4 - Prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni - Is-settur pubbliku tat-tagħlim - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tagħti suppliment ta’ remunerazzjoni biss lill-għalliema li huma impjegati fil-kuntest ta’ relazzjoni ta’ xogħol għal żmien indeterminat bħala uffiċjali permanenti - Esklużjoni ta’ għalliema impjegati bħala membri tal-persunal bil-kuntratt impjegati fis-servizz pubbliku għal żmien determinat - Kunċett ta’ “raġunijiet oġġettivi” - Karatteristiċi inerenti għall-istatus ta’ uffiċjal permanenti)
(2019/C 270/11)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Qorti tar-rinviju
Juzgado Contencioso-Administrativo no 1 de Pamplona
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Daniel Ustariz Aróstegui
Konvenut: Departamento de Educación del Gobierno de Navarra
Dispożittiv
Il-punt 1 tal-klawżola 4 tal-Ftehim qafas dwar xogħol għal terminu fiss, konkluż fit-18 ta’ Marzu 1999, li jinsab fl-Anness tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/70/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 dwar il-ftehim qafas dwar xogħol għal żmien fiss konkluż mill-ETUC, mill-UNICE u mis-CEEP, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tirriżerva l-benefiċċju ta’ suppliment ta’ remunerazzjoni għall-għalliema impjegati fil-kuntest ta’ relazzjoni ta’ xogħol għal żmien indeterminat bħala uffiċjali permanenti, bl-eċċezzjoni, b’mod partikolari, tal-għalliema impjegati bħala membri tal-persunal bil-kuntratt irregolat mid-dritt pubbliku għal żmien determinat, jekk it-twettiq ta’ ċertu perijodu ta’ servizz jikkostitwixxi l-unika kundizzjoni għall-għoti ta’ tali suppliment.
(1) ĠU C 161, 7. 5.2018.
Full & Egal Universal Law Academy