11.3.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 93/17
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tas-17 ta’ Jannar 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Korkein hallinto-oikeus – il-Finlandja) – Proċedura mibdija minn A Ltd
(Kawża C-74/18) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Direttiva 2009/138/KE - Bidu u eżerċizzju tan-negozju tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni - Artikolu 13(13) - Kunċett ta’ “Stat Membru li fih ikun jinsab ir-riskju” - Kumpannija, stabbilita fi Stat Membru, li tipprovdi servizzi ta’ assigurazzjoni relatati mar-riskji kuntrattwali marbuta mat-trasformazzjonijiet tal-kumpanniji fi Stat Membru ieħor - Artikolu 157 - Stat Membru ta’ ġbir tat-taxxa fuq il-primjums tal-assigurazzjoni))
(2019/C 93/22)
Lingwa tal-kawża: il-Finlandiż
Qorti tar-rinviju
Korkein hallinto-oikeus
Partijiet fil-kawża prinċipali
A Ltd
Fil-preżenza ta’: Veronsaajien oikeudenvalvontayksikkö
Dispożittiv
L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 157(1) tad-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009 dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni (Solvibbiltà II), kif emendata bid-Direttiva 2013/58/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2013, moqri flimkien mal-Artikolu 13(13) tal-imsemmija Direttiva 2009/138, għandu jiġi interpretat fis-sens li, meta kumpannija ta’ assigurazzjoni stabbilita fit-territorju ta’ Stat Membru toffri assigurazzjoni li tkopri r-riskji kuntrattwali marbuta mal-valur tal-azzjonijiet u mal-prezz ġust tax-xiri mħallas mix-xerrej meta dan jakkwista impriża, kuntratt ta’ assigurazzjoni konkluż f’dan il-kuntest għandu jkun esklużivament suġġett għat-taxxi indiretti u għall-imposti parafiskali fuq il-primjums tal-assigurazzjoni fl-Istat Membru li fih ikun stabbilit id-detentur tal-polza.
(1) ĠU C 142, 23.4.2018.
Full & Egal Universal Law Academy