9.9.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 305/13
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-10 ta’ Lulju 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Østre Landsret –id-Danimarka) — A vs Udlændinge- og Integrationsministeriet
(Kawża C-89/18) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Ftehim ta’ Assoċjazzjoni KEE-Turkija - Deċiżjoni Nru 1/80 - Artikolu 13 - Klawżola ta’ standstill - Riunifikazzjoni tal-familja bejn il-konjuġi - Restrizzjoni ġdida - Raġuni imperattiva ta’ interess ġenerali - Integrazzjoni b’suċċess - Ġestjoni effikaċi tal-flussi migratorji - Proporzjonalità)
(2019/C 305/16)
Lingwa tal-kawża:id-Daniiż
Qorti tar-rinviju
Østre Landsret
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: A
Konvenuta: Udlændinge- og Integrationsministeriet
Dispożittiv
L-Artikolu 13 tad-Deċiżjoni Nru 1/80 tad-19 ta’ Settembru 1980 dwar l-iżvilupp tal-Assoċjazzjoni, adottat mill-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni mwaqqaf permezz tal-Ftehim li joħloq assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u t-Turkija, li ġie ffirmat fit-12 ta’ Settembru 1963, f’Ankara mir-Repubblika tat-Turkija, minn naħa, kif ukoll mill-Istati Membri tal-KEE u mill-Komunità, min-naħa l-oħra, u li ġie konkluż, approvat u kkonfermat f’isem din tal-aħħar permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 64/732/KEE tat-23 ta’ Diċembru 1963, għandu jiġi interpretat fis-sens li miżura nazzjonali li tissuġġetta r-riunifikazzjoni tal-familja bejn ħaddiem Tork li jirrisjedi legalment fl-Istat Membru kkonċernat u l-konjuġi tiegħu għall-kundizzjoni li r-rabtiet tagħhom ma’ dan l-Istat Membru jkunu iktar qawwija minn dawk li għandhom ma’ Stat terz tikkostitwixxi “restrizzjoni ġdida” fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni. Tali restrizzjoni ma hijiex iġġustifikata.
(1) ĠU C 142, 23.4.2018.