9.9.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 305/14
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal-11 ta’ Lulju 2019 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Ellenika
(Kawża C-91/18) (1)
(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Dazji tas-sisa fuq l-alkoħol u x-xorb alkoħoliku - Artikolu 110 TFUE - Direttiva 92/83/KEE - Direttiva 92/84/KEE - Regolament (KE) Nru 110/2008 - Applikazzjoni ta’ rata ta’ dazji ta’ sisa iktar baxxa fuq il-produzzjoni ta’ prodotti nazzjonali msemmija tsipouro u tsikoudia)
(2019/C 305/17)
Lingwa tal-kawża: il-Grieg
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Kyratsou u F. Tomat, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika Ellenika (rappreżentanti: M. Tassopoulou u D. Tsagkaraki, aġenti)
Dispożittiv
1)
Ir-Repubblika Ellenika naqset milli twettaq l-obbligi tagħha:
—
taħt l-Artikoli 19 u 21 tad-Direttiva tal-Kunsill 92/83/KEE tad-19 ta’ Ottubru 1992 dwar l-armonizzazzjoni ta’ l-istrutturi tat-taxxi tas-sisa fuq l-alkoħol u x-xorb alkoħoliku, moqrija flimkien mal-Artikolu 23(2) ta’ din id-direttiva, billi adottat u żammet fis-seħħ leġiżlazzjoni li tapplika rata ta’ dazju tas-sisa mnaqqsa b’50 % meta mqabbla mar-rata standard nazzjonali applikabbli għat-tsipouro u t-tsikoudia prodotti mill-impriżi ta’ distillazzjoni, magħrufa bħala “distillaturi sistematiċi”, u
—
taħt l-Artikoli 19 u 21 tad-Direttiva 92/83, moqrija flimkien mal-Artikolu 22(1) tagħha u mal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 92/84/KEE tad-19 ta’ Ottubru 1992 dwar l-approssimazzjoni tar-rati tat-taxxa tas-sisa fuq l-alkoħol u x-xorb alkoħoliku, billi adottat u żammet fis-seħħ leġiżlazzjoni li tapplika, taħt il-kundizzjonijiet previsti f’din il-leġiżlazzjoni, rata ta’ dazju tas-sisa kunsiderevolment imnaqqsa fuq it-tsipouro u t-tsikoudia prodotti mid-distillaturi ż-żgħar, imsejħa “okkażjonali”.
2)
Ir-Repubblika Ellenika hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 142, 23.04.2018